Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0380

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2018/380]

ĠU L 73, 15.3.2018, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/380/oj

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 159/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XXII (Liġi tal-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2018/380]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1 (id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“1a.

32015 R 0884: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884 tat-8 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/884 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 144, 10.6.2015, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top