Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0379

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/379]

ĠU L 73, 15.3.2018, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/379/oj

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 158/2016

tat-8 ta’ Lulju 2016

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/379]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/282 tas-26 ta’ Frar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2009 dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara, li tispeċifika l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru (1) għandi jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 21as (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0282: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/282 tas-26 ta’ Frar 2016 (ĠU L 56, 2.3.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/282 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 56, 2.3.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top