This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D0377
Decision of the EEA Joint Committee No 156/2016 of 8 July 2016 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2018/377]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/377]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/377]
ĠU L 73, 15.3.2018, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
NRU 156/2016
tat-8 ta’ Lulju 2016
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/377]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583 tal-15 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1332/2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 66sa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
— |
32016 R 0583: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583 tal-15 ta’ April 2016 (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2016/583 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(1) ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.