This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D0371
Decision of the EEA Joint Committee No 149/2016 of 8 July 2016 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2018/371]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/371]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/371]
ĠU L 73, 15.3.2018, p. 22–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
NRU 149/2016
tat-8 ta’ Lulju 2016
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/371]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/138 tat-2 ta’ Frar 2016 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva 3-deken-2-on, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/139 tat-2 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/146 tal-4 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva lambda ċjalotrina, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/147 tal-4 ta’ Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva iprovalikarb, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/177 tal-10 ta’ Frar 2016 li japprova s-sustanza attiva benzovindiflupir, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/182 tal-11 ta’ Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva piraflufen-etil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/183 tal-11 ta’ Frar 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta’ tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi sal-31 ta’ Diċembru 2018 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(8) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13zzze (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012):
|
3. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzzzt (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2198):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/138, (UE) 2016/139, (UE) 2016/146, (UE) 2016/147, (UE) 2016/177, (UE) 2016/182 u (UE) 2016/183 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Bergdís ELLERTSDÓTTIR
(6) ĠU L 37, 12.2.2016, p. 40.
(7) ĠU L 37, 12.2.2016, p. 44.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.