Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D2053

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2053]

ĠU L 300, 16.11.2017, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2053/oj

16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/64


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2053]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2113 tat-23 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16 u 41 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 2113: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2113 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2015/2113 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 306, 24.11.2015, p. 7.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top