This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D2047
Decision of the EEA Joint Committee No 97/2016 of 29 April 2016 amending Annex XVI (Procurement) to the EEA Agreement [2017/2047]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/2047]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2016 tad-29 ta' April 2016 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/2047]
ĠU L 300, 16.11.2017, p. 49–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 97/2016
tad-29 ta' April 2016
li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE [2017/2047]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (1), kif rettifikata bil-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Id-Direttiva 2014/24/UE tħassar id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Id-Direttiva 2014/25/UE tħassar id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
(6) |
Għalhekk, l-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XVI mal-Ftehim, inklużi l-Appendiċi 1 sa 14 għal dak l-Anness, għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2014/23/UE, kif rettifikati bil-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24, 2014/24/UE u 2014/25/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(2) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(3) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
(4) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(5) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(*1) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.
ANNESS
L-ANNESS XVI (Akkwist Pubbliku) għall-Ftehim taż-ŻEE, inklużi l-Appendiċi 1 sa 14 għal dak l-Anness, għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Artikoli li ġejjin.
Artikolu 1
Il-kliem “2004/17/KE u 2004/18/KE” tal-paragrafu 1 tal-Adattamenti Settorjali jiġi sostitwit bil-kliem “2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE”.
Artikolu 2
Il-punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“2. |
32014 L 0024: Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65). Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 3
Il-punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“4. |
32014 L 0025: Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243). Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 4
L-inċiż li ġej huwa miżjud fil-punti 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE) u 5a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE):
“— |
32014 L 0023: Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), kif rettifikata fil-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24.”. |
Artikolu 5
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6e (id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
“6f. |
32014 L 0023: Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjonijiet (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), kif rettifikata bil-ĠU L 114, 5.5.2015, p. 24. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
Artikolu 6
L-Appendiċi 1 sa 14 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
APPENDIĊI 1
LISTI TA' AWTORITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI MSEMMIJA FIT-TIENI SUBPARAGRAFU TAL-ARTIKOLU 2(1) TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE
I. |
Fl-IŻLANDA:
|
II. |
Fil-LIECHTENSTEIN:
|
III. |
Fin-NORVEĠJA:
|
L-Aġenziji u l-Istituzzjonijiet subordinati għal dawn il-Ministeri.
APPENDIĊI 2
LISTI TA' PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(b) TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE FIR-RIGWARD TA' KUNTRATTI MOGĦTIJA MILL-AWTORITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAD-DIFIŻA
|
L-IŻLANDA |
|
IL-LIECHTENSTEIN |
|
IN-NORVEĠJA: L-uniku test applikabbli għall-finijiet ta' dan il-Ftehim huwa dak fl-Anness 4, punt 2 tal-FAP li fuqu hija bbażata l-lista indikattiva tal-prodotti:
|
APPENDIĊI 3
REĠISTRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 58(2) TAD-DIRETTIVA 2014/24/UE
— |
fl-Iżlanda, ir-‘Ríkisskattstjóri’ |
— |
fil-Liechtenstein, il-‘Gewerberegister’ u l-‘Handelsregister’ |
— |
fin-Norveġja, il-‘Foretaksregisteret’ |