This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D0528
Decision of the EEA Joint Committee No 221/2015 of 25 September 2015 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2017/528]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 221/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/528]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 221/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/528]
ĠU L 85, 30.3.2017, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 221/2015
tal-25 ta' Settembru 2015
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/528]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/974 tas-17 ta' Ġunju 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13c (id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32015 D 0974: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/974 tas-17 ta' Ġunju 2015 (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 53).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/974 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Ingrid SCHULERUD
(1) ĠU L 157, 23.6.2015, p. 53.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.