EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D0052

Deċiżjoni Nru 5/2016 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-22 ta' Diċembru 2016 li tagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġits taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2011 u 2012 [2017/52]

ĠU L 7, 12.1.2017, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/52/oj

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/22


DEĊIŻJONI Nru 5/2016 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-22 ta' Diċembru 2016

li tagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġits taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2011 u 2012 [2017/52]

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 27(5), it-tieni subparagrafu tar-Regolament Finanzjarju taċ-ĊŻI, (1)

Billi:

(1)

Id-dħul taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2011 u 2012 kien jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jammontaw għal EUR 17 850 484,11 għall-2011 u EUR 15 856 427,31 għall-2012;

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit taċ-Ċentru mid-Direttur matul is-snin finanzjarji 2011 u 2012 kienet tali li, fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti tal-awditi statutorji taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi għall-2011 u l-2012, huwa għandu jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dawk il-baġits,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, fuq il-bażi tar-rapporti tal-awdituri għas-snin 2011 u 2012, il-karti tal-bilanċ u l-kontijiet ta' dħul u nfiq għas-snin finanzjarji korrispondenti, b'dan jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġits taċ-Ċentru għas-snin finanzjarji 2011 u 2012.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

P. JAVORČÍK


(1)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 52.


Top