Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D0024

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 184/2015 tal-10 ta' Lulju 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/24]

ĠU L 8, 12.1.2017, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/24/oj

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 184/2015

tal-10 ta' Lulju 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/24]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/108/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 3q (id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 L 0108: Direttiva tal-Kummissjoni 2014/108/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 117)”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/108/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Lulju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 359, 16.12.2014, p. 117.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top