Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D0019

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2015 tal-10 ta' Lulju 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/19]

ĠU L 8, 12.1.2017, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/19/oj

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 179/2015

tal-10 ta' Lulju 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/19]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/573 tat-30 ta' Jannar 2015 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għaċ-ċomb fis-sensuri tal-klorur tal-polivinil f'apparat mediku dijanjostiku in vitro (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/574 tat-30 ta' Jannar 2015 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għall-merkurju f'sistemi ta' immaġnijiet intravaskulari ultrasonori (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin huma miżjuda mal-punt 12q (id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 0573: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/573 tat-30 ta' Jannar 2015 (ĠU L 94, 10.4.2015, p. 4),

32015 L 0574: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/574 tat-30 ta' Jannar 2015 (ĠU L 94, 10.4.2015, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi ta' Delega (UE) 2015/573 u (UE) 2015/574 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Lulju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 94, 10.4.2015, p. 4.

(2)  ĠU L 94, 10.4.2015, p. 6.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top