Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017A0315(01)

    Protokoll (2015) li jemenda l-Anness tal-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili

    ĠU L 69, 15.3.2017, p. 3–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2017/446/oj

    Related Council decision

    15.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 69/3


    TRADUZZJONI

    PROTOKOLL (2015)

    li jemenda l-Anness tal-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili

    Firmatarji tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”),

    WARA li għamlu negozjati bl-għan li jittrasponu fl-Anness tal-Ftehim it-tibdiliet introdotti fil-verżjoni tal-2007 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (minn hawn 'il quddiem imsejħa “is-Sistema Armonizzata”),

    PERMEZZ tar-rappreżentanti tagħhom, ftehmu kif ġej:

    1.

    L-Anness mehmuż ma' dan il-Protokoll, għandu, mad-dħul fis-seħħ tiegħu skont il-paragrafu 3, jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili.

    2.

    Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ biex jiġi aċċettat mill-Firmatarji tal-Ftehim.

    3.

    Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ, għal dawk il-Firmatarji li jkunu aċċettawh, fl-1 ta' Lulju 2016. Wara dan, għal kull Firmatarju ieħor il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara d-data tal-aċċettazzjoni tiegħu.

    4.

    Dan il-Protokoll għandu jiġi ddepożitat għand id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li minnufih għandu jipprovdi lil kull Firmatarju u lil kull Membru kopja ċċertifikata tiegħu u notifika ta' kull aċċettazzjoni tiegħu b'konformità mal-paragrafu 2.

    5.

    Dan il-Protokoll għandu jiġi rreġistrat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

    6.

    Dan il-Protokoll jittratta biss id-dazji u l-ħlasijiet doganali skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim. Ħlief fir-rigward tar-rekwiżit ta' trattament ħieles mid-dazju għal prodotti koperti minn dan il-Protokoll, xejn f'dan il-Protokoll jew fil-Ftehim, kif modifikat hawn, ma jbiddel jew jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' Firmatarju, kif ikunu fil-jum ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, skont kwalunkwe wieħed mill-Ftehimiet tad-WTO msemmija fl-Artikolu II tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

    MAGĦMUL f'Ġinevra fil-5 ta' Novembru 2015, f'kopja unika, fil-lingwa Ingliża, Franċiża u Spanjola, b'kull test meqjus awtentiku.


    ANNESS

    PRODOTTI KOPERTI

    1.

    Il-firxa tal-prodott hija ddefinita fl-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili.

    2.

    Il-Firmatarji jaqblu li l-prodotti koperti mid-deskrizzjonijiet elenkati hawn taħt u kklassifikati kif suppost taħt l-intestaturi u s-subintestaturi tas-Sistema Armonizzata li jidhru ħdejn xulxin għandhom jingħataw trattament ħieles mid-dazju jew eżentat mid-dazju, jekk dawn il-prodotti jkunu għall-użu f'inġenji tal-ajru ċivili jew f'apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (*1), u biex ikunu inkorporati fihom fil-proċess tal-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-rikostruzzjoni, il-modifikazzjoni jew il-konverżjoni.

    3.

    Dawn il-prodotti ma għandhomx jinkludu:

    oġġett mhux komplut jew mhux mitmum, sakemm, kif preżentat, l-oġġett mhux komplut jew mhux mitmum ikollu l-karattru essenzjali tal-oġġett komplut jew mitmum, komponent, subassemblaġġ jew oġġett ta' tagħmir ta' inġenju tal-ajru ċivili jew ħarrieġa ta' titjir fuq l-art (*1), (pereżempju artiklu li jkollu n-numru tal-parti tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru ċivili),

    materjali fi kwalunkwe forma (pereżempju, folji, pjanċi, forom profilati, strixxi, vireg, pajpijiet, tubi jew forom oħra) sakemm ma jkunux ġew maqtugħin għal qies jew għamla u/jew ipproċessati biex jitqegħdu f'inġenju tal-ajru ċivili jew f'ħarrieġa ta' titjir fuq l-art (*1) (pereżempju artiklu li jkollu n-numru tal-parti tal-manifattur tal-inġenju tal-ajru ċivili),

    materja prima u prodotti tajbin għall-konsum.

    4.

    Għall-għan ta' dan l-Anness, “Ex” ġiet inkluża sabiex tindika li d-deskrizzjoni tal-prodott imsemmi ma tużax il-firxa kollha ta' prodotti fl-intestaturi u s-subintestaturi tas-Sistema Armonizzata elenkati hawn taħt.

    Intestatura SA Ex

    Subintestatura SA Ex

    Deskrizzjoni

    39.17

    3917.21

    Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' etilene, b'tagħmir imwaħħal

     

    .22

    Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' propilin, b'tagħmir imwaħħal

     

    .23

    Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' klorur tal-vinil, b'tagħmir imwaħħal

     

    .29

    Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' plastiks oħrajn, b'tagħmir imwaħħal

     

    .31

    Tubi, pajpijiet u manek flessibbli, tal-plastiks, bi pressjoni minima ta' faqgħa ta' 27,6 MPa, b'tagħmir imwaħħal

     

    .33

    Tubi, pajpijiet u manek flessibli, tal-plastiks, mhux rinforzati jew magħquda mod ieħor ma' materjali oħra, b'tagħmir imwaħħal

     

    .39

    Tubi, pajpijiet u manek flessibbli, tal-plastiks, rinfurzati jew magħquda mod ieħor ma' materjali oħra, b'tagħmir imwaħħal

     

    .40

    Tagħmir għal tubi, pajpijiet u manek, tal-plastiks

    39.26

    3926.90

    Oġġetti oħrajn tal-plastiks

    40.08

    4008.29

    Forom ta' profil ta' gomma mhux ċellulari ivvulkanizzata ħlief gomma iebsa, maqtugħin għal qies

    40.09

    4009.12

    Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, mhux rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin ma' materjali oħrajn, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi

     

    4009.22

    Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin biss ma' metall, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi

     

    4009.32

    Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin biss ma' materjali tessili, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi

     

    4009.42

    Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin ma' materjali oħrajn, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi

    40.11

    4011.30

    Tajers pnewmatiċi ġodda, ta' gomma, ta' tip użat fuq bċejjeċ tal-ajru

    40.12

    4012.13

    Tajers pnewmatiċi tal-gomma miksijin mill-ġdid, ta' tip użat fuq bċejjeċ tal-ajru

     

    .20

    Tajers pnewmatiċi użati, tal-gomma

    40.16

    4016.10

    Oġġetti oħrajn ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa

     

    .93

    Gaskits, woxers u siġilli oħrajn, ta' gomma vilkanizzata mhux ċellulari, ħlief gomma iebsa

     

    .99

    Oġġetti oħrajn ta' gomma vulkanizzata mhux ċellulari ħlief gomma iebsa

    40.17

    4017.00

    Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma iebsa, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi

    45.04

    4504.90

    Gaskits, woxers u siġilli oħra, ta' sufra magħquda

    48.23

    4823.90

    Gaskits, woxers u siġilli oħra, ta' karta jew kartun

    68.12

    6812.80

    Oġġetti ta' kroċidolit, ħlief ħwejjeġ, aċċessorji ta' ħwejjeġ, ilbies għar-riġlejn u xedd għar-ras, karta, kartun qawwi, feltru jew materjal li jġonġi ta' fibra ta' asbestos kompressat, f'folji jew rombli

     

    .99

    Oġġetti oħrajn tal-asbestos, ħlief ħwejjeġ, aċċessorji ta' ħwejjeġ, ilbies għar-riġlejn u xedd għar-ras, karta, kartun qawwi, feltru jew materjal li jġonġi ta' fibra ta' asbestos kompressat, f'folji jew rombli

    68.13

    6813.20

    Kisi u pads ta' brejkijiet, u oġġetti oħrajn għall-klaċċijiet jew bħalhom, mhux immuntati, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' asbestos

     

    .81

    Kisi u pads ta' brejkijiet, mhux immuntati, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' sustanzi minerali, li ma fihx asbestos

     

    .89

    Oġġetti oħra, mhux immuntati, għal klaċċijiet jew bħalhom, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' sustanzi minerali, li ma fihx asbestos

    70.07

    7007.21

    Windskrins, magħmula minn ħġieġ ta' sigurtà illaminat

    73.04

    7304.31

    Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar mhux-liga, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .39

    Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar mhux-liga, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .41

    Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' stainless steel, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .49

    Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' stainless steel, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .51

    Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief stainless steel, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .59

    Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief stainless steel, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .90

    Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

    73.06

    7306.30

    Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid jew azzar mhux liga, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .40

    Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, tal-istainless steel, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .50

    Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief istainless steel, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .61

    Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa forma ta' kaxxa jew rettangolari, ta' ħadid jew azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .69

    Tubi u pajpijiet, iwweldjati, ta' oħrajn ta' wiċċ ta' qatgħa mhux tond, ta' ħadid jew azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

    73.12

    7312.10

    Wajer bis-swiegli, ħbula u kejbils, ta' ħadid jew ta' azzar, mhux iżolati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom

     

    .90

    Ċineg immaljati, bragi u bħalhom, ta' ħadid jew ta' azzar, mhux iżolati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom

    73.22

    7322.90

    Ħiters tal-arja u distributuri tal-arja sħuna, mhux imsaħħnin bl-elettriku, li fihom fann jew blower imħaddmin b'mutur, ta' ħadid jew azzar, esklużi partijiet tagħhom

    73.24

    7324.10

    Sinkijiet u friskaturi, tal-istainless steel

     

    .90

    Oġġetti oħrajn għall-kamra tal-banju, ta' ħadid jew azzar, għajr sinkijiet u friskaturi, tal-istainless steel, u għajr banjijiet, ta' ħadid jew ta' azzar

    73.26

    7326.20

    Oġġetti ta' wajer ta' ħadid jew azzar

    74.13

    7413.00

    Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, ta' ram, mhux inżulati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom

    76.08

    7608.10

    Tubi u pajpijiet ta' aluminju mhux illigat, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

     

    .20

    Tubi u pajpijiet ta' ligi ta' aluminju, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

    81.08

    8108.90

    Tubi u pajpijiet, tat-titanju, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi

    83.02

    8302.10

    Ċappetti, ta' metall ta' valur baxx

     

    .20

    Castors bl-immuntar ta' metall ta' valur baxx

     

    .42

    Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta' metall ta' valur baxx, tajbin għal għamara

     

    .49

    Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta' metall ta' valur baxx oħrajn

     

    .60

    Għeluq awtomatiċi ta' metall ta' valur baxx għal bibien

    83.07

    8307.10

    Tubi flessibbli, ta' ħadid jew azzar, bit-tagħmir magħhom

     

    .90

    Tubi flessibbli, ta' metall ta' valur baxx għajr ħadid jew azzar, bit-tagħmir magħhom

    84.07

    8407.10

    Magni ta' biċċiet tal-ajru li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b'kombustjoni interna

    84.08

    8408.90

    Magni li jaqbdu b'kompressjoni bil-pistuni b'kombustjoni interna (magni diżil jew semi-diżil)

    84.09

    8409.10

    Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta' biċċiet tal-ajru ta' titlu 8407.10 jew 8408.90

    84.11

    8411.11

    Turbo-ġettijiet ta' pressjoni mhux akbar minn 25 kN

     

    .12

    Turbo-ġettijiet ta' pressjoni akbar minn 25 kN

     

    .21

    Turbo skrejjen ta' qawwa mhux akbar minn 1 100  kW

     

    .22

    Turbo skrejjen ta' qawwa akbar minn 1 100  kW

     

    .81

    Turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen, ta' qawwa mhux akbar minn 5 000  kW

     

    .82

    Turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen, ta' qawwa akbar minn 5 000  kW

     

    .91

    Partijiet ta' turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen

     

    .99

    Partijiet ta' turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet u turbo-skrejjen

    84.12

    8412.10

    Magni ta' reazzjoni ħlief turbo-ġettijiet

     

    .21

    Magni u muturi tal-qawwa idrawlika, jaħdmu lineari (ċilindri)

     

    .29

    Magni u muturi tal-qawwa idrawlika, jaħdmu b'mod mhux lineari

     

    .31

    Magni u muturi pnewmatiċi ta' enerġija, jaħdmu lineari (ċilindri)

     

    .39

    Magni u muturi pnewmatiċi ta' enerġija, jaħdmu b'mod mhux lineari

     

    .80

    Magni u muturi tal-enerġija mhux elettriċi, ħlief magni ta' reazzjoni, jew magni u muturi tal-qawwa idrawlika jew pnewmatika

     

    .90

    Partijiet ta' magni ta' reazzjoni, jew ta' magni u muturi tal-enerġija ta' qawwa idrawlika, pnewmatika jew qawwa oħra mhux elettrika

    84.13

    8413.19

    Pompi għal likwidi, mgħammrin jew maħsubin biex ikunu mgħammrin b'apparat għal kejl

     

    .20

    Pompi mħaddma bl-idejn għal likwidi, mhux mgħammrin jew maħsubin biex ikunu mgħammrin b'apparat għal kejl

     

    .30

    Pompi għal materjali karburanti, lubrikanti jew ta' tkessiħ għal magni bil-pistuni b'kombustjoni interna

     

    .50

    Pompi b'moviment alternat bi spostament pożittiv għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30

     

    .60

    Pompi orotatorji bi spostament pożittiv għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30

     

    .70

    Pompi ċentrifugi għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30

     

    .81

    Pompi għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 , 8413.30 , 8413.50 , 8413.60 jew 8413.70

     

    .91

    Partijiet ta' pompi għal likwidi

    84.14

    8414.10

    Pompi bil-vakwu

     

    .20

    Pompi tal-arja mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn

     

    .30

    Kumpressuri tal-arja jew jew gass ieħor ta' tip użat f'tagħmir tat-tkessiħ

     

    .51

    Fannijiet għall-mejda, għall-art, għat-tieqa jew għas-saqaf, b'mutur tal-elettriku fihom stess li ma jitfax iktar minn 125 W

     

    .59

    Fannijiet, ħlief fannijiet ta' 8414.51

     

    .80

    Pompi tal-arja, kumpressuri tal-arja jew gass oħrajn

     

    .90

    Partijiet ta' pompi tal-arja jew bil-vakwu, kumpressuri tal-arja jew gass u fannijiet;

    84.15

    8415.81

    Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li fihom unità għat-tkessiħ u valv għat-taqlib taċ-ċiklu tat-tkessiħ/sħana (pompi għas-sħana li jistgħu jinqalbu)

     

    .82

    Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li fihom unità għat-tkessiħ iżda mhux valv għat-taqlib taċ-ċiklu tat-tkessiħ/sħana

     

    .83

    Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li ma fihomx unità għat-tkessiħ

     

    .90

    Partijiet tal-magni tal-arja kundizzjonata ta' 8415.81 , 8415.82 jew 8415.83

    84.18

    8418.10

    Refriġerejters-friżi kombinati, mgħammrin b'bibien ta' barra separati

     

    .30

    Friżi tat-tip senduq, ma jesgħux aktar minn 800 litru

     

    .40

    Friżi tat-tip wieqaf, li jesgħu mhux aktar minn 900 litru

     

    .61

    Unitajiet tat-tip tal-kompressjoni fejn il-kondensaturi huma skambjaturi tas-sħana

     

    .69

    Tagħmir ta' tkessiħ jew iffriżar għajr refriġerejters tip għad-dar, jew tagħmir ta' tkessiħ jew iffriżar ta' 8418.10 , 8418.30 , 8418.40 jew 8418.61

    84.19

    8419.50

    Unitajiet ta' trasferiment ta' sħana

     

    .81

    Tagħmir biex isiru xarbiet sħan jew għat-tisjir jew tisħin ta' ikel

     

    .90

    Partijiet ta' unitajiet ta' trasferiment ta' sħana ta' 8419.50

    84.21

    8421.19

    Ċentrifugi

     

    .21

    Makkinarju u tagħmir biex jiffiltraw jew isaffu ilma

     

    .23

    Filtri ta' żejt jew petrol għal magni b'kombustjoni interna

     

    .29

    Makkinarju u tagħmir biex jiffiltraw jew isaffu likwidi oħra għajr l-ilma jew xorb, minbarra dawk ta' 8421.23

     

    .31

    Filtri għad-dħul ta' arja għal magni b'kombustjoni interna

     

    .39

    Makkinarju u tagħmir li jiffiltraw jew isaffu gassijiet ħlief filtri għad-dħul ta' arja għal magni b'kombustjoni interna

    84.24

    8424.10

    Apparat għat-tifi tan-nar, ikkargat jew le

    84.25

    8425.11

    Sett ta' taljoli u paranki ħlief paranki ta' gaġeġ (skip-hoists), imħaddmin b'mutur elettriku

     

    .19

    Sett ta' taljoli u paranki ħlief paranki ta' gaġeġ (skip-hoists), minbarra mħaddmin b'mutur elettriku

     

    .31

    Winċijiet jew kapstins imħaddmin b'mutur elettriku

     

    .39

    Winċijiet jew kapstins minbarra mħaddmin b'mutur elettriku

     

    .42

    Ġakkijiet, idrawliċi

     

    .49

    Ġakkijiet, minbarra idrawliċi

    84.26

    8426.99

    Krejnijiet oħra

    84.28

    8428.10

    Liftijiet u paranki ta' gaġeġ (skip-hoists)

     

    .20

    Skalaturi u trasportaturi pnewmatiċi

     

    .33

    Skalaturi u trasportaturi, tip ta' ċinturin, għal oġġetti jew materjali, mhux maħdumin apposta għal użu taħt l-art

     

    .39

    Skalaturi u trasportaturi li jaħdmu l-ħin kollu, għal oġġetti jew materjali, minbarra dawk maħdumin apposta għal użu taħt l-art, tip ta' barmil, jew tip ta' ċinturin

     

    .90

    Makkinarju ieħor għall-irfigħ, l-immaniġġar, it-tagħbija jew il-ħatt

    84.43

    8443.31

    Magni li jwettqu żewġ funzjonijiet jew aktar ta' stampar, ikkupjar jew trażmissjoni tal-faksimile, li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk

     

    .32

    Printers, għajr makkinarju għall-istampar użat biex jistampa permezz ta' pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta' stampar ta' titlu 8442 , li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk

    84.71

     

     

     

    8471.41

    Magni awtomatiċi oħra għall-ipproċessar tad-data, li fihom ġo l-istess għata għal inqas unità ta' ipproċessar ċentrali u unità ta' dħul u ta' ħruġ, flimkien jew le

     

    .49

    Magni awtomatiċi oħra għall-ipproċessar tad-data oħrajn, minbarra dawk ta' 8471.41 , ippreżentati f'forma ta' sistemi

     

    .50

    Unitajiet ta' ipproċessar ħlief dawk ta' 8471.41 jew 8471.49 , fihom jew le fl-istess għata wieħed jew tnejn minn dawn it-tipi ta' unità: unitajiet ta' ħażna, unitajiet ta' dħul, unitajiet ta' ħruġ

     

    .60

    Unitajiet ta' dħul jew ta' ħruġ, fihom jew le unitajiet ta' ħażna fl-istess għata

     

    .70

    Unitajiet ta' ħażna

    84.79

    8479.89

    Magni u tagħmir mekkaniku b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra fil-kapitolu 84, dan li ġej: Muturi tal-istarter mhux elettriċi; Regulaturi tal-iskrejjen, mhux elettriċi; Servomekkaniżmi, mhux elettriċi; Wajpers tal-windskrin, mhux elettriċi; Akkumulaturi idropnewmatiċi; Starters pnewmatiċi għal ġettijiet turbo, skrejjen turbo jew turbini oħrajn tal-gass; Unitajiet tat-tojlit maħdumin apposta għal biċċiet tal-ajru; Azzjonisti mekkaniċi għal qtugħ tal-imbuttatura (thrust reversers); Umidifikaturi u deumidifikaturi tal-arja

     

    .90

    Partijiet minn magni u tagħmir mekkaniku elenkati taħt 8479.89

    84.83

    8483.10

    Xaftijiet ta' trasmissjoni (inklużi kamxafts u krankxafts) u krankijiet

     

    .30

    Ħofor tal-berings, mingħajr bolberings jew berings bir-rombli; berings b'xaft lixx

     

    .40

    Gerijiet u settijiet ta' gerijiet, ħlief roti bis-snien, sprokits bil-katina u elementi oħrajn ta' trasmissjoni ppreżentati separatament; viti tal-boċċi jew tar-rombli; kaxex tal-gerijiet u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inklużi torque converters

     

    .50

    Volanti (flywheels) u tarjoli, inklużi blokki ta' tarjoli

     

    .60

    Klaċċijiet u gganċjar tax-xaft (couplings) (inklużi universal joints)

     

    .90

    Roti bis-snien, sprokits tal-katina u elementi oħrajn ta' trasmissjoni ppreżentati separatament; partijiet tal-oġġetti ta' 8483.10 , 8483.30 , 8483.40 , 8483.50 jew 8483.60

    84.84

    8484.10

    Gaskits u ġonot simili ta' folji ta' metall flimkien ma' materjal ieħor jew ta' żewġ saffi jew aktar ta' metall

     

    .90

    Settijiet jew assortimenti ta' gaskits u ġonot simili, mhux l-istess fil-kompożizzjoni, ippreżentati f'boroż, envelops jew pakki simili;

    85.01

    8501.20

    Muturi elettriċi universali AC/DC bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W iżda mhux aktar minn 150 kW

     

    .31

    Muturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda li ma taqbiżx 750 W; ġeneraturi elettriċi DC bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 750 W

     

    .32

    Muturi elettriċi DC u ġeneraturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 750 W, iżda mhux aktar minn 75 kW

     

    .33

    Muturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW, iżda mhux aktar minn 150 kW; ġeneraturi DC elettriċi bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW iżda mhux aktar minn 375 kW

     

    .34

    Ġeneraturi elettriċi DC bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 375 kW

     

    .40

    Muturi elettriċi AC, single-phase minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda mhux aktar minn 150 kW

     

    .51

    Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda mhux aktar minn 750 W

     

    .52

    Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 750 W, iżda mhux aktar minn 75 kW

     

    .53

    Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW, iżda mhux aktar minn 150 kW

     

    .61

    Ġeneraturi elettriċi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 75 kVA

     

    .62

    Ġeneraturi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kVA iżda mhux aktar minn 375 kVA

     

    .63

    Ġeneraturi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 375 kVA iżda mhux aktar minn 750 kVA

    85.02

    8502.11

    Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 75 kVA

     

    .12

    Settijiet ta' ġenerazzjoni ac li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kVA iżda mhux aktar minn 375 kVA

     

    .13

    Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 375 kVA

     

    .20

    Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bix-xrara

     

    .31

    Settijiet ta' ġenerazzjoni oħrajn, li jaħdmu bir-riħ

     

    .39

    Settijiet ta' ġenerazzjoni oħrajn, minbarra dawk ta' 8502.31

     

    .40

    Trasformaturi (converters) rotatorji tal-elettriku

    85.04

    8504.10

    Ballasts għal lampi jew tubi li jiskargaw

     

    .31

    Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija mhux aktar minn 1 kVA

     

    .32

    Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija aktar minn 1 kVA iżda mhux aktar minn 16 kVA

     

    .33

    Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija aktar minn 16 kVA iżda mhux aktar minn 500 kVA

     

    .40

    Converters elettriċi statiċi

     

    .50

    Inductors elettriċi għajr b allasts għal lampi jew tubi li jiskargaw

    85.07

    8507.10

    Akkumulaturi elettriċi, tal-aċtu taċ-ċomb, ta' tip użat biex jixgħel il-magni tal-pistuni

     

    .20

    Akkumulaturi elettriċi oħrajn, tal-aċtu taċ-ċomb

     

    .30

    Akkumulaturi elettriċi, kadmju-nikil

     

    .40

    Akkumulaturi elettriċi, ħadid-nikil

     

    .80

    Akkumulaturi elettriċi oħrajn

     

    .90

    Partijiet ta' akkumulaturi elettriċi

    85.11

    8511.10

    Sparking plugs

     

    .20

    Manjeti għat-tqabbid; dinamos bil-manjete; volanti (flywheels) manjetiċi

     

    .30

    Distributuri; koljaturi tat-tqabbid

     

    .40

    Muturi għall-istartjar u ġeneraturi għall-istartjar b'għan doppju (dual purpose)

     

    .50

    Ġeneraturi elettriċi oħrajn ta' tip użat flimkien ma' magni b'kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni

     

    .80

    Tagħmir ieħor tal-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta' tip użat għal jew flimkien ma magni b'kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni, u tagħmir li jaqta' ta' tip użat flimkien ma' dawn il-magni

    85.16

    8516.80

    Resistors elettriċi għat-tisħin immuntati biss b'bobbina sempliċi iżolata u konnessjonijiet elettriċi, użati għal kontra s-silġ jew għat-tneħħija tas-silġ

    85.17

    8517.12

    Telefowns għal netwerks ċellulari jew netwerks oħra bla wajer

     

    .61

    Stazzjonijiet bażi għal radju telegrafija jew radju-telefonija

     

    .62

    Tagħmir ta' riċezzjoni jew ta' trasmissjoni għal radju-telegrafija jew radju-telefonija, minbarra dawk ta' 8517.61

     

    .69

    Tagħmir għar-radju-telegrafija jew radju-telefonija minbarra dawk ta' 8517.61 u 8517.62

     

    .70

    Antenni u rifletturi ta' antenni għat-tagħmir tar-radju-telefonija jew radju-telegrafija

    85.18

    8518.10

    Mikrofoni u stands għalihom

     

    .21

    Lawdspikers singli, immuntati fil-kaxex tagħhom

     

    .22

    Lawdspikers multipli, immuntati fl-istess kaxxa

     

    .29

    Lawdspikers, mhux immuntati fil-kaxex tagħhom

     

    .30

    Headphones u earphones, kombinati ma' mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u lawdspiker wieħed jew aktar

     

    .40

    Amplifikaturi ta' awdjofrekwenza tal-elettriku

     

    .50

    Settijiet ta' amplifikaturi tal-ħoss tal-elettriku

    85.19

    8519.81

    Apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss li juża mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi, li ma fihx strument għar-riproduzzjoni tal-ħoss.

     

    .89

    Apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss li juża mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi, li ma jinkorporax mezz għal rekordjar tal-ħoss.

    85.21

    8521.10

    Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjo, li fih jew ma fihx tuner tal-vidjo, tip b'tejp manjetiku

    85.22

    8522.90

    Immuntar u sub-immuntar magħmulin minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien, għal apparat ta' reġistrazzjoni tal-ħoss bl-użu ta' mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi li ma jinkorporaz mezz għar-riproduzzjoni tal-ħoss, li jaqa' taħt 8519.81 , u apparat ieħor li jirrekordja li ma jinkorporaxmezz għar-riproduzzjoni tal-ħoss

    85.26

    8526.10

    Apparat tar-radar

     

    .91

    Apparat tar-radju għal għajnuna għan-navigazzjoni

     

    .92

    Apparat tar-radju bil-kontroll mill-bogħod

    85.28

    8528.41

    Moniters b'tubu vakwu (cathode ray tube) ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471

     

    .51

    Moniters oħrajn, ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471

     

    .61

    Proġekters, ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471

    85.29

    8529.10

    Antenni u rifletturi ta' antenni ta' kull tip; tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat ta' titlu 85.26

     

    .90

    Immuntar u sub-immuntar tal-apparat ta' 8526 , li jikkonsisti minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien

    85.31

    8531.10

    Allarmi tas-serq jew tan-nar u apparat simili

     

    8531.20

    Pannelli indikaturi li fihom mezzi kristall likwidu (LCD) jew dajowds li jarmu d-dawl (LED)

     

    .80

    Apparat tas-sinjalar tal-elettriku ta' ħoss jew viżwali ħlief dawk ta' titlu 8531.10 jew 8531.20

    85.36

    8536.70

    Konnekters ta' plastiks użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta' fibra ottika

    85.39

    8539.10

    Unitajiet ta' lampi raġġ-issiġillat

    85.43

    8543.70

    Reġistraturi ta' titjiriet; synchros u transducers elettriċi; defrostaturi u demisters b'resistors elettriċi għal biċċiet tal-ajru

     

    .90

    Immuntar u sub-immuntar għal reġistraturi ta' titjiriet li jikkonsisti minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien

    85.44

    8544.30

    Settijiet ta' sistemi ta' wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta' sistemi ta' wajers ta' tip użat f'biċċiet tal-ajru

    88.01

    8801.00

    Blalen tal-ajru u bastimenti tal-ajru diriġibbl; glajders, hangglajders u inġenji oħrajn tal-ajru mingħajr mezz ta' enerġija (non-powered)

    88.02

    8802.11

    Ħelikopters, b'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

     

    .12

    Ħelikopters, b'piż mingħajr tagħbija ta' aktar minn 2 000  kg

     

    .20

    Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'meżżi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

     

    .30

    Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'mezzi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija aktar minn 2 000  kg iżda mhux aktar minn 15 000  kg

     

    .40

    Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'meżżi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija ta' aktar minn 15 000  kg

    88.03

    8803.10

    Skrejjen u rotors u partijiet tagħhom

     

    .20

    Undercarriages u partijiet tagħhom

     

    .30

    Partijiet ta' ajruplani u ħelikopters, ħlief dawk ta' titlu 8803.10 jew 8803.20

     

    .90

    Partijiet oħrajn ta' oġġetti ta' titli 88.01 u 88.02

    88.05

    8805.29

    Inġenji għat-taħriġ li jtiru fl-art u partijiet tagħhom, minbarra simulaturi ta' taqbid fl-ajru u partijiet tagħhom ta' 8805.21

    90.01

    9001.90

    Lentijiet, priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ta' kull materjal, mhux immuntati, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament

    90.02

    9002.90

    Lentijiet, priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ħlief lentijiet jew filtri ta' obbjettivi, ta' kull materjal, immuntati, li huma partijiet jew tagħmir għal strumenti jew apparat, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament

    90.14

    9014.10

    Boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni

     

    .20

    Strumenti u tagħmir għal navigazzjoni aeronawtika (ħlief boxxli)

     

    .90

    Partijiet u aċċessorji għal boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni u għal strumenti u tagħmir għal navigazzjoni aeronawtika (ħlief boxxli)

    90.20

    9020.00

    Apparat ta' respirazzjoni u maskri tal-gass, ħlief maskri protettivi li la fihom partijiet mekkaniċi u lanqas filtri sostitwibbli, esklużi partijiet minnhom

    90.25

    9025.11

    Termometri u pirometri, mimlijin b'likwidu, għal qari dirett, mhux imħalltin ma' strumenti oħrajn

     

    .19

    Termometri u pirometri oħrajn, mhux imħalltin ma' strumenti oħrajn

     

    .80

    Strumenti oħra tat-titlu 90.25

     

    .90

    Partijiet u aċċessorji tas-subtitli 9025.11 , 9025.19 jew 9025.80

    90.26

    9026.10

    Strumenti u apparat għall-kejl u l-iċċekkjar tal-ħruġ jew tal-livell ta' likwidi

     

    .20

    Strumenti u apparat għall-kejl jew l-iċċekkjar tal-pressjoni ta' likwidi jew gassijiet

     

    .80

    Strumenti u apparat għall-kejl jew l-iċċekkjar ta' varjabbli ta' likwidi jew gassijiet, ħlief strumenti u apparat tas-subtitli 9026.10 jew 9026.20

     

    .90

    Partijiet ta' strumenti u apparat tas-subtitli 9026.10 , 9026.20 jew 9026.80

    90.29

    9029.10

    Apparat għal kejl ta' dawran, tal-elettriku jew elettroniku,

     

    .20

    Indikaturi ta' veloċità u takometri

     

    .90

    Bċejjeċ u aċċessorji ta' apparat għal kejl ta' dawran, indikaturi ta' veloċità u takometri

    90.30

    9030.10

    Strumenti u apparat għal kejl jew qbid ta' radjazzjonijiet jonizzanti

     

    .20

    Oxxilloskopji u oxxillografi

     

    .31

    Strumenti u tagħmir ieħor, għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, mingħajr mezz ta' rrekordjar

     

    .32

    Multimiters għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, b'mezz ta' rrekordjar

     

    .33

    Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 jew 9030.31 , għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, mingħajr mezz ta' rrekordjar

     

    .39

    Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 jew 9030.32 , għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, b'mezz ta' rrekordjar

     

    .40

    Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.32 , jew 9030.39 , għal kejl jew iċċekkjar ta' kwantitajiet elettriċ, b'mezz ta' rrekordjar, maħsubin apposta għal telekomunikazzjonijiet

     

    .84

    Strumenti u tagħmir, ġlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.32 , 9030.39 , jew 9030.40 , għal kejl jew iċċekkjar ta' kwantitajiet elettriċ, b'mezz ta' rrekordjar

     

    .89

    Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.31 , 9030.32 , 9030.33 , 9030.39 , 9030.40 jew 9030.84 , għal kejl jew ivverifikar ta' kwantitajiet elettriċi

     

    .90

    Partijiet u aċċessorji ta' strumenti u tagħmir tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.31 , 9030.32 , 9030.33 , 9030.39 , 9030.40 , 9030.84 jew 9030.89

    90.31

    9031.80

    Strumenti u tagħmir għal kejl u ċċekkjar li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra fil-Kapitolu 90

     

    .90

    Partijiet u aċċessorji għal strumenti u apparat tas-subtitlu 9031.80

    90.32

    9032.10

    Termostati

     

    .20

    Manostati

     

    .81

    Strumenti u apparati idrawliċi jew pnewmatiċi li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament

     

    .89

    Strumenti u tagħmir oħrajn li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament

     

    .90

    Partijiet u aċċessorji għal strumenti u apparat ta' 90.32 li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament

    91.04

    9104.00

    Arloġġi ta' pannella ta' strumenti u arloġġi ta' tip simili għal inġenji tal-ajru

    91.09

    9109.19

    Mekkaniżmi ta' arloġġ b'wisgħa jew dijametru ta' mhux aktar minn 50 mm, kompluti u mmuntati, imħaddmin bil-batterija, akkomulatur jew l-elettriku, ħlief ta' żveljarini

     

    .90

    Mekkaniżmi ta' arloġġ b'wisgħa jew dijametru ta' mhux aktar minn 50 mm, kompluti u mmuntati, minbarra dawk imħaddmin bil-batterija, akkomulatur jew l-elettriku, ħlief ta' żveljarini

    94.01

    9401.10

    Sits (seats), minbarra sits miksija bil-ġilda

    94.03

    9403.20

    Għamara tal-metal, ħlief siġġijiet

     

    .70

    Għamara tal-plastiks, ħlief siġġijiet,

    94.05

    9405.10

    Lampi u tagħmir (fittings) tad-daw għas-saqaf jew għall-ħajt, ta' metall ta' valur baxx jew ta' plastiks

     

    .60

    Sinjali mdawwlin, pjanċi tal-ismijiet mdawwlin u bħalhom, ta' metall ta' valur baxx jew ta' plastiks

     

    .92

    Partijiet tal-oġġetti tas-subtitli 9405.10 jew 9405.60 , ta' plastiks

     

    .99

    Partijiet tal-oġġetti tas-subtitli 9405.10 jew 9405.60 , ta' metall ta' valur baxx


    (*1)  Għall-fini tal-Artikolu 1.1 ta' dan il-Ftehim “apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir” għandu jitqies bħala ħarrieġa ta' titjir fuq l-art kif previst skont 8805.29 tas-Sistema Armonizzata.


    Top