EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D1820

Deċiżjoni Nru 4/2016 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-30 ta' Settembru 2016 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) [2016/1820]

ĠU L 278, 14.10.2016, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1820/oj

14.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/50


DEĊIŻJONI Nru 4/2016 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-30 ta' Settembru 2016

li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) [2016/1820]

Il-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2) u kif emendat it-tieni darba f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tal-Anness III tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 5/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-7 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatuti taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Anness tagħha;

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(4) tal-Istatuti taċ-ĊTA jipprevedi li l-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) għandhom jinħatru mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE f'konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Kumitat għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin, soġġetti għal reviżjoni ta' nofs it-term.

(2)

Skont id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-12 ta' Ottubru 2015 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (5), il-mandat ta' membru tal-Bord Eżekuttiv ser jiskadi fis-6 ta' Novembru 2016.

(3)

Skont l-Artikolu 95(1) tiegħu, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE ser jiskadi fid-29 ta' Frar 2020. Għaldaqstant, jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv għall-perijodu li fadal qabel l-iskadenza tal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja għandha tinħatar membru tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA:

Is-Sinjura Frederike PRAASTERINK.

Artikolu 2

Bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE jista' jieħu fil-qafas tal-prerogattivi tiegħu, il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA għandu jkun magħmul kif ġej:

Is-Sinjura Frederike PRAASTERINK,

li l-mandat tagħha jiskadi fid-29 ta' Frar 2020, kif ukoll

Il-Professur Baba Y. ABUBAKAR,

Il-Professur Augusto Manuel CORREIA,

Is-Sinjura Helena JOHANSSON,

Dr Faustin R. KAMUZORA, u

Il-Professur Clement K. SANKAT,

li l-mandat tagħhom jiskadi fis-6 ta' Novembru 2018.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2016.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

L.M. ISHMAEL


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta' sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)  ĠU L 309, 19.11.2013, p. 50.

(5)  ĠU L 278, 23.10.2015, p. 26.


Top