Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D0520

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2015 tal-25 ta' Frar 2015 li temenda l-Protokol 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/520]

    ĠU L 93, 7.4.2016, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/520/oj

    7.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 93/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 32/2015

    tal-25 ta' Frar 2015

    li temenda l-Protokol 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/520]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Huwa f'loku li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS (1).

    (2)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied fl-inċiż (ir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-punt (a) tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 ta' mal-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendat bi:

    32014 R 0512: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 72).”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2015.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 72.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top