EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D0935

Rakkomandazzjoni Nru 1/2015 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija tas-17 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Tuneżija (2013–2017) li jimplimenta s-sħubija privileġġjata fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat [2015/935]

ĠU L 151, 18.6.2015, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2015/935/oj

18.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/25


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2015 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-TUNEŻIJA

tas-17 ta' Marzu 2015

dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Tuneżija (2013–2017) li jimplimenta s-sħubija privileġġjata fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat [2015/935]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-TUNEŻIJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, għall-iskop li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

(2)

B'mod konformi mal-Artikolu 90 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim u għandhom jaraw li l-għanijiet stipulati fil-Ftehim jintlaħqu.

(3)

Il-Partijiet approvaw it-test tal-Pjan ta' Azzjoni UE-Tuneżija (2013-2017) li jimplimenta s-sħubija privileġġjata (il-“Pjan ta' Azzjoni”) fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

(4)

Dan il-Pjan ta' Azzjoni għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tat-tfassil u l-adozzjoni, bi qbil bejn il-partijiet, ta' miżuri konkreti li jipprovdu gwida prattika għal din l-implimentazzjoni.

(5)

Il-Pjan ta' Azzjoni għandu l-għan, min-naħa li jippreżenta miżuri konkreti għat-twettiq, mill-partijiet, tal-obbligi li huma għandhom skont il-Ftehim u min-naħa oħra li jipprovdi qafas aktar wiesa' għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija, sabiex jintlaħaq livell għoli ta' integrazzjoni ekonomika u approfondiment tal-koperazzjoni politika, b'mod konformi mal-għanijiet ġenerali tal-Ftehim,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-partijiet jimplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni (2), sakemm din l-implimentazzjoni jkollha l-mira li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(2)  Ara d-dokument st 15164/14 ADD 1, p. 5, fuq http://register.consilium.europa.eu


Top