This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0176
Decision of the EEA Joint Committee No 176/2014 of 25 September 2014 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2015/1244]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 176/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1244]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 176/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1244]
ĠU L 202, 30.7.2015, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 176/2014
tal-25 ta' Settembru 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1244]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2013 tal-20 ta' Settembru 2013, li jistipula r-regoli għal applikazzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta' deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet) (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 40/2014 tas-17 ta' Jannar 2014, li jawtorizza ċerti dikjarazzjonijiet sanitarji dwar l-ikel, ħlief dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 tal- 10 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta' prodotti primarji awtorizzati ta' taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu bħala tali fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta' taħwir bl-affumikazzjoni derivati (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni b'rabta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(5) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzzp (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012):
|
2. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 82 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 175/2014):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 907/2013 u (UE) Nru 40/2014 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1321/2013 bl-Islandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 251, 21.9.2013, p. 7.
(3) ĠU L 333, 12.12.2013, p. 54.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati