Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0172

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 172/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1240]

    ĠU L 202, 30.7.2015, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/1240/oj

    30.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 202/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 172/2014

    tal-25 ta' Settembru 2014

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1240]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE tat-18 ta' Marzu 2014 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju rmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati (1) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 28 (Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32014 L 0044: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE tal-18 ta' Marzu 2014 (ĠU L 82, 20.3.2014, p. 20).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2014/44/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 82, 20.3.2014, p. 20.

    (*)  L-ebda rikwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.


    Top