EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0168

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/2014 tal-25 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1236]

ĠU L 202, 30.7.2015, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/1236/oj

30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 168/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/1236]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (CBS 126896) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni ROAL Oy) (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415, l-Enterococcus faecium DSM 22502 u l-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi ta' annimal (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 103 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 803/2013) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“104.

32014 R 0302: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott mit-Trichoderma reesei (CBS 126896) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni ROAL Oy) (ĠU L 90, 26.3.2014, p. 4).

105.

32014 R 0304: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415, l-Enterococcus faecium DSM 22502 u l-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi ta' annimal (ĠU L 90, 26.3.2014, p. 8).

106.

32014 R 0305: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2014 tal-25 ta' Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur (ĠU L 90, 26.3.2014, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 302/2014, (UE) Nru 304/2014 u (UE) Nru 305/2014 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 90, 26.3.2014, p. 4.

(2)  ĠU L 90, 26.3.2014, p. 8.

(3)  ĠU L 90, 26.3.2014, p. 12.

(*)  L-ebda rikwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top