Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0143

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 342, 27.11.2014, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/143(2)/oj

    27.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 342/51


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 143/2014

    tas-27 ta' Ġunju 2014

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2014 tas-27 ta' Jannar 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2015 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-parteċipazzjoni soċjali u kulturali u t-tiċħid materjali (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18xa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2009) tal-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE:

    “18xb.

    32014 R 0067: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2014 tas-27 ta' Jannar 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2015 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-parteċipazzjoni soċjali u kulturali u t-tiċħid materjali (ĠU L 23, 28.1.2014, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 67/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 23, 28.1.2014, p. 1.

    (*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top