EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0140

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 342, 27.11.2014, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/140/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 140/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra (1) għandha tiġi inkorportata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 1359: Id-Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top