Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0133

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 342, 27.11.2014, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/133/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 133/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2012 tas-17 ta' April 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” (1) tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 280/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” (2) tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti jiżdied mal-punt 37h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32012 R 0328: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2012 tas-17 ta' April 2012 (ĠU L 106, 18.4.2012, p. 14),

32013 R 0280: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 280/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 (ĠU L 84, 23.3.2013, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 328/2012 u (UE) Nru 280/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 106, 18.4.2012, p. 14.

(2)  ĠU L 84, 23.3.2013, p. 17.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


Top