This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0125
Decision of the EEA Joint Committee No 125/2014 of 27 June 2014 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 125/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 655/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji komuni għall-ġustifikazzjoni ta' pretensjonijiet użati fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 658/2013 tat-10 ta' Lulju 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1aa (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/674/UE):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 655/2013 u (UE) Nru 658/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 190, 11.7.2013, p. 31.
(2) ĠU L 190, 11.7.2013, p. 38.
(*) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.