EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0115

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 342, 27.11.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/115(2)/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 115/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 tal-11 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 601/2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 85 (Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32014 R 0131: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 tal-11 ta' Frar 2014 (ĠU L 41, 12.2.2014, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 131/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 41, 12.2.2014, p. 3.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top