Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0107

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 310, 30.10.2014, p. 77–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/107(2)/oj

30.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/77


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 107/2014

tas-16 ta' Mejju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2013 tal-5 ta' Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 28h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2012) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“28i.

32013 R 0859: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2013 tal-5 ta' Settembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 238, 6.9.2013, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 859/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 238, 6.9.2013, p. 5.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top