Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0106

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 106/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 310, 30.10.2014, p. 76–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/106/oj

    30.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/76


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 106/2014

    tas-16 ta' Mejju 2014

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar statistika demografika Ewropea (1) se jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (2)

    L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 349/2011) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

    “18z3.

    32013 R 1260: Ir-Regolament (KE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatistika Ewropea (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39).

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    Il-Liechtenstein hu eżentat milli jipprovdi dejta dwar l-ordni tat-twelid ħaj.

    (b)

    L-Artikolu 4 ma japplikax għall-Istati tal-EFTA.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1260/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 39.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top