Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0099

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 310, 30.10.2014, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/99/oj

    30.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/67


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 99/2014

    tas-16 ta' Mejju 2014

    li temenda l-Anness XVI (Akkwist pubbliku) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet għall-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 5c (id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32013 R 1336: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 17).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1336/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 335, 14.12.2013, p. 17.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top