Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0063

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 310, 30.10.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/63/oj

    30.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 63/2014

    tas-16 ta' Mejju 2014

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/491/UE tas-7 ta' Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (4)

    L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Fil-punt 39 tal-Parti 1.2 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) jiżdied dan l-inċiż:

    “—

    32013 D 0491: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/491/UE tas-7 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 267, 9.10.2013, p. 3).”

    2.

    Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT” jiddaħħal il-punt li ġej wara l-punt 47 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/111/UE) fil-Parti 3.2:

    “48.

    32013 D 0764: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/491/UE u 2013/764/UE fl-ilsien Islandiżi u Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 267, 9.10.2013, p. 3.

    (2)  ĠU L 338, 17.12.2013, p. 102.

    (*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top