EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0027

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2014 tal- 14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 211, 17.7.2014, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/27/oj

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 27/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 628/2013 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 66qa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'li ġej:

32013 R 0628: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikoli 8(1) u (4), 9(1), 10(1)(c), 16(6) u (7), 17(4)(e) u (6), 19(3), 22(3)(b) u (4), u 23, il-kelma ‘Kummissjoni’ tinbidel bil-kliem ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ fir-rigward tal-Istati tal-EFTA.

(b)

Fl-Artikolu 21(1), il-kliem ‘jew ftehim bejn l-Istati tal-EFTA u pajjiż terz’ jiżdiedu wara l-kliem ‘ftehim tal-Unjoni’ u l-kliem ‘, kif adattat għall-għanijiet tal-Ftehim ŻEE,’ jiżdiedu wara l-kliem ‘Regolament (KE) Nru 216/2008’.

(c)

Fl-Artikolu 21(2), il-kliem ‘jew Memorandum ta' Kooperazzjoni futur possibbli bejn Stat tal-EFTA u l-ICAO’ jiżdiedu wara l-kliem ‘bejn l-Unjoni u l-ICAO’.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 628/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46.

(2)  ĠU L 129, 17.5.2006, p. 10.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top