EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0022

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2014 tal- 14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 211, 17.7.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/22(2)/oj

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 22/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2009/16/KE fir-rigward tal-kontroll tal-Istat tal-Port (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 56b (id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII ta' mal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat minn:

32013 L 0038: Id-Direttiva 2013/38/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-12 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/38/UE bil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 218, 14.8.2013, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top