EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0016

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2014 tal- 14 ta' Frar 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 211, 17.7.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/16(2)/oj

17.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 16/2014

tal-14 ta' Frar 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 86/529/KEE (1), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE, skadiet fil-31 ta' Diċembru 1991, u konsegwentement ir-referenza għaliha għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjonijiet 96/630/KE (2) u 97/526/KE (3) tħassru mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/574/KE (4), li huma kollha inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet 96/630/KE u 97/526/KE għandhom jitħassru mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/528/KE (5) tħassret mid-Deċiżjoni 98/575/KE (6), billi ż-żewġ Deċiżjonijiet huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 97/528/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/638/KE (7) tħassret mid-Deċiżjoni 2004/71/KE (8), billi ż-żewġ Deċiżjonijiet huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 2000/638/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(5)

L-Annes II tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-testi tal-punti 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/529/KEE), 4o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/630/KE), 4u (id-id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/526/KE), 4w (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/528/KE), u tat-tieni inċiż fil-punt 4zg (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/638/KE) tal-Kapitolu XVIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jitħassru.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2014, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 311, 6.11.1986, p. 28.

(2)  ĠU L 282, 1.11.1996, p. 79.

(3)  ĠU L 215, 7.8.1997, p. 54.

(4)  ĠU L 278, 15.10.1998, p. 30.

(5)  ĠU L 215, 7.8.1997, p. 60.

(6)  ĠU L 278, 15.10.1998, p. 35.

(7)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 52.

(8)  ĠU L 16, 23.1.2004, p. 54.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top