Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014A1129(01)

    Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali dwar l-istatus tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali)

    ĠU L 344, 29.11.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/11/2019; Imħassar b' 22019A1120(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/exch_let/2014/853/oj

    Related Council decision

    29.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 344/3


    TRADUZZJONI

    FTEHIM

    fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali dwar l-istatus tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali)

    A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

    Brussell, l-20 ta' Ottubru 2014

    Sinjur,

    Fil-qafas tal-politika tagħha ta' sigurtà u ta' difiża komuni, l-Unjoni bagħtet, fi Frar 2013, missjoni militari biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUCAP Mali). Bl-istess mod, f'April 2014, l-Unjoni ser tibgħat missjoni ċivili b'appoġġ għall-forzi interni ta' sigurtà ta' Mali (EUCAP Sahel Mali). L-istatus tal-missjoni EUCAP Sahel Mali u tal-persunal tagħha jeħtieġ li jkun regolat minn ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali.

    Kif tiftakar, ir-Repubblika ta' Mali kkonkludiet, fl-4 ta' April 2013, ftehim dwar l-istatus, fir-Repubblika ta' Mali, tal-missjoni EUTM Mali. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim huma perfettament adatti għall-ħtiġijiet tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, bl-eċċezzjoni ta' xi wħud minnhom. Konsegwentement nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-ftehim (l-Artikoli 1 sa 19), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(3)(e) u l-Artikolu 13(2) sa (5), jsiru applikabbli għall-EUCAP Sahel Mali, bil-kundizzjoni li:

    kull referenza għall-EUTM Mali titqies bħala referenza għall-EUCAP Sahel Mali;

    fl-Artikolu 1(3)(a), it-termini “kwartieri ġenerali militari” jinbidlu bit-termini “kwartieri ġenerali tal-EUCAP Sahel Mali”;

    fl-Artikolu 1(3)(c), id-definizzjoni ta' “Kmandant tal-Missjoni” tinbidel bid-definizzjoni li ġejja: “‘Kap tal-Missjoni’, il-Kap tal-missjoni EUCAP Sahel Mali fuq il-post”;

    fl-Artikolu 9(2), it-terminu “il-persunal militari” jinbidel bit-terminu “il-persunal”;

    fl-Artikolu 10(3), it-terminu “forzi armati tal-Istat Ospitanti” jinbidel bit-terminu “aġenti jew ħarrieġa ċivili tal-Istat Ospitanti”.

    Nitolbok ġentilment tgħarrafni jekk taqbilx ma' dawn il-proposti.

    Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, tkun tikkostitwixxi ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali dwar l-istatus tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, li jidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.

    Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    Għall-Unjoni Ewropea

    B.   Ittra mir-Repubblika ta' Mali

    Bamako, il-31 ta' Ottubru 2014

    Għażiża Sinjura,

    Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek tal-20 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatus tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) fit-territorju tar-Repubblika ta' Mali li tgħid dan li ġej:

    “Fil-qafas tal-politika tagħha ta' sigurtà u ta' difiża komuni, l-Unjoni bagħtet, fi Frar 2013, missjoni militari biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUCAP Mali). Bl-istess mod, f'April 2014, l-Unjoni bagħtet missjoni ċivili b'appoġġ għall-forzi interni ta' sigurtà ta' Mali (EUCAP Sahel Mali). L-istatus tal-missjoni EUCAP Sahel Mali u tal-persunal tagħha jeħtieġ li jkun regolat minn ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali.

    Kif tiftakar, ir-Repubblika ta' Mali kkonkludiet, fl-4 ta' April 2013, ftehim dwar l-istatus, fir-Repubblika ta' Mali, tal-missjoni EUTM Mali. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim huma perfettament adatti għall-ħtiġijiet tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, bl-eċċezzjoni ta' xi wħud minnhom. Konsegwentement nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-ftehim (l-Artikoli 1 sa 19), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(3)(e) u l-Artikolu 13(2) sa (5), jsiru applikabbli għall-EUCAP Sahel Mali, bil-kundizzjoni li:

    kull referenza għall-EUTM Mali titqies bħala referenza għall-EUCAP Sahel Mali;

    fl-Artikolu 1(3)(a), it-termini ‘kwartieri ġenerali militari’ jinbidlu bit-termini ‘kwartieri ġenerali tal-EUCAP Sahel Mali’;

    fl-Artikolu 1(3)(c), id-definizzjoni ta' ‘Kmandant tal-Missjoni’ tinbidel bid-definizzjoni li ġejja: ‘“Kap tal-Missjoni”, il-Kap tal-missjoni EUCAP Sahel Mali fuq il-post’;

    fl-Artikolu 9(2), it-terminu ‘il-persunal militari’ jinbidel bit-terminu ‘il-persunal’;

    fl-Artikolu 10(3), it-terminu ‘forzi armati tal-Istat Ospitanti’ jinbidel bit-terminu ‘aġenti jew ħarrieġa ċivili tal-Istat Ospitanti’.

    Nitolbok ġentilment tgħarrafni jekk taqbilx ma' dawn il-proposti.

    Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, tkun tikkostitwixxi ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali dwar l-istatus tal-missjoni EUCAP Sahel Mali, li jidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.”

    Għandi l-unur ninfurmak li naqbel mat-termini suġġeriti fl-ittra tiegħek.

    Nassigurak, Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

    Għar-Repubblika ta' Mali


    Top