EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0485

2013/485/UE: Deċiżjoni Nru 3/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat- 30 ta’ Lulju 2013 li taħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriża (ĊŻI)

ĠU L 263, 5.10.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/09/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/485/oj

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/18


DEĊIŻJONI Nru 3/2013 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-30 ta’ Lulju 2013

li taħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriża (ĊŻI)

(2013/485/UE)

Il-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) u t-tieni darba f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (3), u partikolarment l-Artikolu 2(6) tal-Anness III tiegħu;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-20 ta’ Lulju 2005 dwar l-Istatuti u r-regoli ta’ proċedura taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha;

Billi:

(1)

L-Artikolu 9 tal-istatuti u r-regoli ta’ proċedura taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI), adottat bid-Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE, jiddikjara li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi huwa inkarigat mill-ħatra tal-membri tal-Bord tad-Diretturi għal perijodu massimu ta’ ħames snin;

(2)

Il-mandat tal-membri attwali tal-Bord tad-Diretturi taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (5), jintemm fis-6 ta’ Settembru 2013;

(3)

Jeħtieġ li jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità taċ-ĊŻI, b’kont meħud tal-fatt li l-ġestjoni tiegħu hija responsabbiltà ta’ direttur ad interim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista’ jintalab jieħu fil-qafas tal-prerogattivi tiegħu, il-mandat tat-tliet membri tal-UE tal-Bord tad-Diretturi taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi huwa estiż għal perijodu ta’ sitt xhur u huma maħtura tliet membri ġodda AKP għal perijodu ta’ ħames snin.

Il-Bord tad-Diretturi taċ-ĊŻI huwa għalhekk magħmul minn:

Is-Sur Adebayo AKINDEINDE

Is-Sur Giovannangelo MONTECCHI PALAZZI

Is-Sinjura Vera VENCLIKOVA,

li l-mandat tagħhom jiskadi fis-6 ta’ Marzu 2014, u minn:

Is-Sur John Atkins ARUHURI

Is-Sinjura Maria MACHAILO-ELLIS

Is-Sur Félix MOUKO

li l-mandat tagħhom jiskadi fis-6 ta’ Settembru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Settembru 2013. Din tista’ tiġi riveduta f’kull ħin skont is-sitwazzjoni taċ-Ċentru.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

S. O. OUTLULE


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta’ sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta’ stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)  ĠU L 66, 8.3.2006, p. 16.

(5)  ĠU L 84, 23.3.2013, p. 28.


Top