EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 22013D0238

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2013 tat- 13 ta' Diċembru 2013 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 154, 22.5.2014, S. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Rechtlicher Status des Dokuments In Kraft

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/238(2)/oj

22.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 238/2013

tat-13 ta' Diċembru 2013

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/634/UE tat-22 ta' Ottubru 2010 li taġġusta l-kwantità ta' kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-Unjoni għall-2013 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/384/UE (1), tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/447/UE tal-5 ta' Settembru 2013 dwar il-fattur ta' utilizzazzjoni standard tal-kapaċità skont l-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta' Settembru 2013 dwar miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE ikun emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21alc (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE):

“21alca.

32013 D 0447: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/447/UE tal-5 ta' Settembru 2013 dwar il-fattur ta' utilizzazzjoni standard tal-kapaċità skont l-Artikolu 18(2) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 23).”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ale (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011):

“21alf.

32010 D 0634: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/634/UE tat-22 ta' Ottubru 2010 li taġġusta l-kwantità ta' kwoti li se jinħarġu għall-Unjoni kollha skont l-Iskema tal-Unjoni għall-2013 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2010/384/UE (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 34), kif emendata minn:

32013 D 0448: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta' Settembru 2013 (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).

21alg.

32013 D 0448: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta' Settembru 2013 dwar miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jinqraw bl-adattament li ġej:

L-Artikoli 1 u 2 ma japplikawx.”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/634/UE, 2013/447/UE u 2013/448/UE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)  ĠU L 279, 23.10.2010, p. 34.

(2)  ĠU L 240, 7.9.2013, p. 23.

(3)  ĠU L 240, 7.9.2013, p. 27.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


nach oben