Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0207

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 207/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 92, 27.3.2014, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/207(2)/oj

27.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 207/2013

tat-8 ta’ Novembru 2013

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/295/UE tas-17 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE, 2007/64/KE, 2009/300/KE, 2009/543/KE, 2009/544/KE, 2009/563/KE, 2009/564/KE, 2009/567/KE, 2009/568/KE, 2009/578/KE, 2009/598/KE, 2009/607/KE, 2009/894/KE, 2009/967/KE, 2010/18/KE u 2011/331/UE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE se jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 2d (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/799/KE), 2da (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/64/KE), 2v (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/544/KE) u 2z (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/543/KE):

“—

32013 D 0295: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/295/UE tas-17 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 167, 19.6.2013, p. 57).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 2f (id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/567/KE), 2 g (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE), 2i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE), 2j (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE), 2k (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE), 2 m (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE), 2o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/331/UE), 2p (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/564/KE), 2w (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/598/KE), 2za (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/967/KE), 2zb (id- Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE) u 2zd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE):

“, kif emendat minn:

—

32013 D 0295: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/295/UE tas-17 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 167, 19.6.2013, p. 57).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/295/UE bl-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, se jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Thórir IBSEN


(1)   ĠU L 167, 19.6.2013, p. 57.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


Top