Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0182

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 182/2013 tat- 8 ta’ Novembru 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 92, 27.3.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/182(2)/oj

    27.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 92/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 182/2013

    tat-8 ta’ Novembru 2013

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1097/2012 tat-23 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE dwar ċerti kampjuni u oġġetti eżentati minn eżamijiet veterinarji fuq il-fruntiera skont dik id-Direttiva fir-rigward għad-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati bejn l-Istati Membri (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (3)

    L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32012 R 1097: Ir-Regolament ta’ Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1097/2012 tat-23 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 3).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1097/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom jiġi l-aktar tard.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Thórir IBSEN


    (1)  ĠU L 326, 24.11.2012, p. 3.

    (*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


    Top