Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013A0914(01)

    Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975)

    ĠU L 245, 14.9.2013, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_amend/2013/914/oj

    14.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 245/3


    Emenda għall-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti ta' merkanzija li jaqgħu taħt il-Carnets TIR (Konvenzjoni TIR, 1975 (1))

    Skont in-Notifika lid-Depożitarju tan-NU C.N.433.2013.TREATIES – XI.A.6 l-emendi segwenti għall-Konvenzjoni TIR jidħlu fis-seħħ fl-10 ta' Ottubru 2013 għall-Partijiet Kontraenti kollha

    Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 bis jinbidel b’li ġej:

    2 bis   Organizzazzjoni internazzjonali tkun awtorizzata mill-Kumitat Amministrattiv biex tieħu r-responsabbiltà tal-organizzazzjoni u l-funzjonament effettivi ta' sistema internazzjonali ta' garanziji. L-awtorizzazzjoni se tingħata jekk l-organizzazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness 9, Taqsima III. Il-Kumitat Amministrattiv jista' jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk dawn il-kundizzjonjiet u r-rekwiżiti ma jibqgħux issodisfati.”

    Fl-Anness 9, qiegħda tiddaħħal Taqsima III ġdida kif ġej:

    “Taqsima III

    Awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 6, biex tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u biex tistampa u tqassam Carnets TIR

    Kondizzjonijiet u rekwiżiti:

    1.

    Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom jiġu rrispettati minn organizzazzjoni internazzjonali sabiex tkun awtorizzata, skont l-Artikolu 6.2bis tal-Konvenzjoni, mill-Kumitat Amministrattiv biex tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u biex tistampa u tqassam Carnets TIR huma:

    (a)

    Prova ta’ kompetenza professjonali tajba u l-pożizzjoni finanzjarja għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u ta’ kapaċijiet organizzazzjonali biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni permezz ta’ sottomissjonijiet annwali ta' rapporti finanzjarji konsolidati awditjati kif xieraq minn awdituri indipendenti rikonoxxuti internazzjonalment;

    (b)

    Nuqqas ta’ reati serji jew ripetuti kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew fiskali.

    2.

    Skont l-awtorizzazzjoni, l-organizzazzjoni internazzjonali għandha:

    (a)

    tipprovdi lill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni TIR permezz tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali affiljati mal-organizzazzjoni internazzjonali b’kopji ċertifikati tal-kuntratt tal-garanzija globali u bi prova tal-kopertura tal-garanzija;

    (b)

    tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’informazzjoni dwar ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti għall-ħruġ tal-Carnets TIR mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali;

    (c)

    tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR, fuq bażi annwali, b’dejta dwar il-pretensjonijiet ippreżentati, pendenti, imħallsa jew saldati mingħajr pagamenti;

    (d)

    tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’informazzjoni sħiħa u kompluta dwar il-funzjonament tas-sistema TIR, b’mod partikolari, imma mhux limitata għal, informazzjoni f’waqtha u fondata tajjeb dwar ix-xejriet fl-għadd ta’ operazzjonijiet TIR mhux terminati, pretensjonijiet ippreżentati, pendenti, imħallsa jew saldati mingħajr pagamenti li jistgħu jagħtu lok għal tħassib rigward il-funzjonament tajjeb tas-sistema TIR jew li jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fit-tkomplija tal-operat tas-sistema internazzjonali ta' garanziji;

    (e)

    tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR b’dejta statistika dwar l-għadd ta’ Carnets TIR imqassma lil kull Parti Kontraenti, kategorizzati skont it-tip;

    (f)

    tipprovdi lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR bid-dettalji tal-prezz tad-distribuzzjoni mill-organizzazzjoni internazzjonali għal kull tip ta’ Carnet TIR;

    (g)

    tieħu l-passi kollha possibbli biex tnaqqas ir-riskju tal-falsifikazzjoni tal-Carnets TIR;

    (h)

    tieħu azzjoni korrettiva xierqa f’każijiet fejn jiġu identifikati difetti jew nuqqasijiet fil-Carnet TIR u tirrapportahom lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR;

    (j)

    tipparteċipa bis-sħiħ fil-każijiet fejn il-Bord Eżekuttiv tat-TIR jintalab jiffaċilita soluzzjoni għal tilwim;

    (k)

    tiżgura li kwalunkwe problema li tinvolvi attivitajiet ta' frodi jew diffikultajiet oħra fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni TIR tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR;

    (l)

    timmaniġġja s-sistema ta’ kontroll tal-Carnets TIR, prevista fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni, flimkien mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali garanti affiljati mal-organizzazzjoni internazzjonali u l-awtoritajiet Doganali u tinforma lill-Partijiet Kontraenti u lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni dwar il-problemi li jinqalgħu fis-sistema;

    (m)

    tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni TIR bl-istatistika u d-dejta dwar il-prestazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll kif previst fl-Anness 10;

    (n)

    tikkonkludi, mhux inqas minn xahrejn qabel id-data proviżorja tad-dħul fis-seħħ jew it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6.2bis tal-Konvenzjoni, ftehim bil-miktub mas-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mandat minn u f’aġir għan-nom tal-Kumitat Amministrattiv, li għandu jinkludi l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjoni internazzjonali tad-dmirijiet tagħha stabbiliti f’dan il-paragrafu.

    3.

    Meta l-organizzazzjoni internazzjonali tkun infurmata minn assoċjazzjoni garanti dwar pretensjoni għal pagament, hija għandha, fi żmien perjodu ta’ tliet (3) xhur tinforma lill-assoċjazzjoni garanti dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-pretensjoni.

    4.

    L-informazzjoni kollha miksuba, direttament jew indirettament, mill-organizzazzjoni internazzjonali skont il-Konvenzjoni, li min-natura tagħha tkun kunfidenzjali jew li tiġi pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, għandha tkun koperta bl-obbligu ta’ segretezza professjonali u ma għandhiex tintuża jew tiġi pproċessata la għal xi għan kummerċjali u lanqas għal kwalunkwe skop ieħor ħlief dak li għalih tkun ġiet ipprovduta jew żvelata lil kwalunkwe parti terza mingħajr il-permess espliċitu tal-persuna jew l-awtorità li provdietha. Tali informazzjoni tista’, madankollu, tiġi żvelata mingħajr permess lill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, fejn ikun hemm awtorizzazzjoni jew obbligu li tagħmel hekk skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jew internazzjonali jew b’konnessjoni ma’ proċeduri legali. L-iżvelar jew il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni għandhom isiru b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta fis-seħħ.

    5.

    Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkollu d-dritt jirrevoka l-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6.2 bis f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti. Jekk il-Kumitat Amministrattiv jiddeċiedi li jirrevoka l-awtorizzazzjoni, id-deċiżjoni ssir effettiva l-aktar kmieni sitt (6) xhur wara d-data tar-revoka.

    6.

    L-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali skont it-termini stabbiliti hawn fuq għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-organizzazzjoni skont il-Konvenzjoni.”.


    (1)  Test ikkonsolidat ippubblikat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/477/KE (ĠU L 165 26.6.2009 p. 1).


    Top