Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0346

    2012/346/UE: Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Speċjali UE-Ċilì dwar Kooperazzjoni Doganali u Regoli tal-Oriġini tas- 27 ta’ Marzu 2012 relatata mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

    ĠU L 169, 29.6.2012, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/346/oj

    29.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 169/61


    DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT SPEĊJALI UE-ĊILÌ DWAR KOOPERAZZJONI DOGANALI U REGOLI TAL-ORIĠINI

    tas-27 ta’ Marzu 2012

    relatata mal-Anness III tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva

    (2012/346/UE)

    IL-KUMITAT SPEĊJALI,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim iffirmat fit-18 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, fuq in-naħa l-oħra (1) (“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), u b’mod partikolari t-termini “territorju doganali tal-Komunità” l-Artikolu 36(2) tal-Anness III tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini għall-prodotti li joriġinaw fit-territorji tal-Partijiet f’dak il-Ftehim.

    (2)

    L-Anness III tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jirreferi għat-terminu “Komunità” fit-test tiegħu.

    (3)

    Għall-għanjiet tal-Anness III tal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, hu kkunsidrat xieraq li wieħed jiddefinixxi t-termini “Komunità” u “territorju doganali tal-Komunità” sabiex wieħed jiżgura l-applikazzjoni territorjali korretta ta’ dak l-Anness permezz ta’ Nota ta’ Spjegazzjoni annessa miegħu,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet tal-Artikolu 36(2) tal-Anness III tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, it-terminu “territorju doganali tal-Komunità” għandu jkopri t-territorju doganali tal-Komunità Ewropea (issa l-Unjoni Ewropea) kif indikat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda futura jew tħassir ta’ leġiżlazzjoni eżistenti.

    Din in-Nota ta’ Spjegazzjoni għall-Anness III għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-Titolu VII dwar Ceuta u Melilla ta’ dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Għall-għanjiet tal-Anness III tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, it-terminu “Komunità” tfisser it-territorju doganali tal-Kommunità Ewropea (issal-Unjoni Ewropea) kif stabbilit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ sittin jum wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun innotifikat li r-rekwiżiti interni tagħha dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jkunu ġew milħuqa.

    Magħmul f’Santjago, iċ-Ċilì, is-27 ta’ Marzu 2012.

    F’isem il-Kumitat Speċjali

    Il-President

    Paulina NAZAL


    (1)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992. p. 1.


    Top