Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0232

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 232/2012 tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 81, 21.3.2013, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/232/oj

    21.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 232/2012

    tas-7 ta’ Diċembru 2012

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2012 tal-31 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006, (KE) Nru 657/2007 u (KE) Nru 1178/2008 fir-rigward ta’ adattamenti relatati mat-tneħħija tal-fatturi varjabbli tal-ordnijiet ġodda industrijali (1) għandu jkun inkporporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98) u 2c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006) tal-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE:

    “—

    32012 R 0461: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2012 tal-31 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 26).”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 461/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru 2012, sakemm in-notifiki kollha fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 26.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top