EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0220

2012/220/UE: Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tad- 19 ta’ Jannar 2012 dwar stedina lill-Kroazja biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal- 20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

ĠU L 114, 26.4.2012, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/220(1)/oj

26.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/29


DEĊIŻJONI Nru 1/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR PROĊEDURA KOMUNI TA’ TRANŻITU

tad-19 ta’ Jannar 2012

dwar stedina lill-Kroazja biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu

(2012/220/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1) (il-“Konvenzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(e) tagħha,

Billi:

(1)

Il-promozzjoni tal-kummerċ mal-Kroazja tiġi ffaċilitata permezz ta’ proċedura komuni ta’ tranżitu għall-merkanzija ttrasportata bejn il-Kroazja u l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera.

(2)

Bil-ħsieb li tinkiseb tali proċedura, huwa xieraq li l-Kroazja tkun mistiedna sabiex taderixxi mal-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skont l-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni, il-Kroazja hija mistiedna, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kroazja mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, biex taderixxi mal-Konvenzjoni mill-1 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kumitat konġunt

Il-President

Mirosław ZIELIŃSKI


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.


ANNESS

Sinjur,

Għandi l-unur ninfurmak bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tad-19 ta’ Jannar 2012 (Deċiżjoni Nru 1/2012) li tistieden lill-Kroazja biex issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu. L-Unjoni Ewropea tistieden lill-Kroazja biex tassigura li hija tapplika il-Konvenzjoni msemmija hawn fuq b’mod non-diskriminatorju għall-Istati Membri kollha.

L-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tista’ ssir billi jiġi ppreżentat l-Istrument tal-Adeżjoni tagħha mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Kroazja skont l-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni.

Sinjur, jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Is-Segretarju Ġenerali

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Il-Kroazja,

Waqt li tieħu nota tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tad-19 ta’ Jannar 2012 (Deċiżjoni Nru 1/2012) li tistieden lill-Kroazja biex taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Konvenzjoni”),

B’kont meħud tal-istedina biex taderixxi mal-Konvenzjoni, u

Waqt li tixtieq issir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni,

B’DAN

Taderixxi mal-Konvenzjoni;

Tehmeż ma’ dan l-Istrument traduzzjoni tal-Konvenzjoni fil-lingwa uffiċjali tal-Kroazja;

Tiddikjara li taċċetta r-Rakkomandazzjonijiet u d-Deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar proċedura komuni ta’ tranżitu adottati bejn id-data tad-Deċiżjoni tad-19 ta’ Jannar 2012 u d-data li l-Adeżjoni tal-Kroazja ssir effettiva skont l-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni.

Magħmula fi …

 


Top