This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0173
Decision of the EEA Joint Committee No 173/2012 of 28 September 2012 amending Annex XI (Electronic communication, audiovisual services and information society) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE
ĠU L 341, 13.12.2012, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 173/2012
tat-28 ta’ Settembru 2012
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hu inkorporat fil-Ftehim u li għalhekk għandu jitħassar skont il-Ftehim. |
(3) |
L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 5cu (ir-Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu jinbidel b’li ġej:
“32012 R 0531: ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10).
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
(a) |
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 1(6): ‘Fin-nuqqas ta’ rata tal-kambju tal-euro mal-króna Islandiża ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li tinkorpora dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE, ser tapplika r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Islandiż fl-istess ġurnata. Għall-finijiet tal-limiti sussegwenti u t-tariffi massimi previsti fl-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 12(1), ir-rati tal-kambju ta’ referenza applikati biex jiġu ddeterminati l-valuri riveduti, fil-każ tal-króna Islandiża u fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni korrispondenti mill-Bank Ċentrali Ewropew, ser ikunu dawk ippubblikati mill-Bank Ċentrali Islandiż xahrejn qabel id-data mil-liema l-valuri riveduti japplikaw.’ |
(b) |
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 1(7): ‘Fin-nuqqas ta’ rata tal-kambju tal-euro mal-króna Islandiża ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li tinkorpora dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE, ser tapplika r-rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Islandiż f’dik l-istess ġurnata. Għall-finijiet tal-limiti sussegwenti u t-tariffi massimi previsti fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 13(2), ir-rati tal-kambju ta’ referenza applikati biex jiddeterminaw il-valuri riveduti, fil-każ tal-króna Islandiża u fin-nuqqas ta’ pubblikazzjoni korrispondenti mill-Bank Ċentrali Ewropew, ser ikunu l-medja tar-rati tal-kambju ppubblikati mill-Bank Ċentrali Islandiż xahrejn, tlieta u erba’ qabel id-data mil-liema l-valuri riveduti japplikaw.’ ” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 531/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), liema wieħed minnhom jiġi l-aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.
(2) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.