Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0170

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    ĠU L 341, 13.12.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/170(2)/oj

    13.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 341/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 170/2012

    tat-28 ta’ Settembru 2012

    li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/978/UE tas-16 ta’ Diċembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/622/KE li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5ch (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE) fl-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32009 D 0978: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/978/UE tas-16 ta’ Diċembru 2009 (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 50).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2009/978/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Atle LEIKVOLL


    (1)  ĠU L 336, 18.12.2009, p. 50.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top