Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0169

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 169/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 341, 13.12.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/169(2)/oj

13.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 169/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 1a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE) fl-Anness XI għall-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat permezz ta’:

32011 D 0251: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta’ April 2011 (ĠU L 106, 27.4.2011, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/251/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Settembru 2012, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)  ĠU L 106, 27.4.2011, p. 9.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top