This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0157
Decision of the EEA Joint Committee No 157/2012 of 28 September 2012 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2012 tat- 28 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE
ĠU L 341, 13.12.2012, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
13.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 157/2012
tat-28 ta’ Settembru 2012
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 64/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2012 tal-24 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikaturi tat-tibdil tal-gerijiet u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
L-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
Dan li ġej għandu jiżdied wara l-punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011): “kif emendat permezz ta’:
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 45zzn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 130/2012):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 64/2012 u (UE) Nru 65/2012 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2012, sakemm in-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jkunu saru skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(2) ĠU L 28, 31.1.2012, p. 24.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.