This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0144
Decision of the EEA Joint Committee No 144/2012 of 13 July 2012 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2012 tat- 13 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2012 tat- 13 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 309, 8.11.2012, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
8.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 144/2012
tat-13 ta’ Lulju 2012
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 249/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness II ta’ mal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punt 45zzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011) tal-Kapitolu I tal-Anness II ta’ mal-Ftehim taż-ŻEE:
“, kif emendat permezz ta:
— |
32012 R 0249: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 249/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 82, 22.3.2012, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 249/2012 bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.