Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0118

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 270, 4.10.2012, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/118(2)/oj

    4.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 270/41


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 118/2012

    tal-15 ta’ Ġunju 2012

    li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu (2) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 rrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (3) li hi inkorporata għall-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Għalhekk, l-Anness XXI ta’ mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test tal-punt 7c (id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE) tal-Anness XXI għandu jiġi mibdul b’li ġej:

    32011 R 0692: Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17).

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinftiehmu bl-adattament li ġej:

    Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jiġbor id-dejta mitluba mill-Anness II ta’ dan ir-Regolament.”

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    L-Aġent President

    Gianluca GRIPPA


    (1)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 36.

    (2)  ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.

    (3)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top