This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0115
Decision of the EEA Joint Committee No 115/2012 of 15 June 2012 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 270, 4.10.2012, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
4.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 115/2012
tal-15 ta’ Ġunju 2012
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XX ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1). |
(2) |
Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006, (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE), fil-punt 1i (id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), fil-punt 13ca (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), fil-punt 19a (id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 1f (id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat permezz ta’:
|
3. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21as (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/31/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 248, 13.9.2012, p. 35.
(2) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.
(*) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.