EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0103

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 270, 4.10.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/103/oj

4.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 270/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2012

tal-15 ta’ Ġunju 2012

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1153/2011 tat-30 ta’ Awwissu 2011 li jemenda l-Anness Ib mar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jikkonċerna r-rekwiżiti tekniċi għat-tilqima kontra r-rabja (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/629/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness D mad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE fir-rigward tal-kummerċ fl-Unjoni fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini mibgħut minn ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin għajr ħut u annimali tal-akwakultura u prodotti tal-annimali bħall-ova, l-embrijuni u s-semen. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif inhu speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein kemm-il darba l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif inhu speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 10 (ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1:

“—

32011 R 1153: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1153/2011 tat-30 ta’ Awwissu 2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 13).”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 148 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE) fil-Parti 1.2:

“149.

32011 R 1152: Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6).

Dan l-att ma japplikax għall-Islanda.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Anness I, Parti A, dan li ġej jiġi miżjud mal-lista:

‘NO

In-Norveġja

It-territorju kollu’ ”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE) fil-Parti 4.1:

“—

32011 D 0629: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/629/UE tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 22).”

4.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE) fil-Parti 8.1:

“—

32011 D 0629: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 22).”

5.

Dan il-punt jiddaħħal wara l-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE) fil-Parti 9.1:

“13.

32007 L 0043: Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19).

Dan l-att ma japplikax għall-Islanda.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Delega (UE) Nru 1152/2011 u (UE) Nru 1153/2011, id-Direttiva 2007/43/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/629/UE, bil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 248, 13.9.2012, p. 13.

(2)  ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.

(3)  ĠU L 296, 15.11.2011, p. 13.

(4)  ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19.

(5)  ĠU L 247, 24.9.2011, p. 22.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top