Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0100

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/2012 tat- 30 ta’ April 2012 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 248, 13.9.2012, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/100(2)/oj

13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 100/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) 7 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008) tal-Anness XXII ta’ mal-Ftehim:

“—

32011 R 1205: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1205/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1205/2011 bl-ilsien Islandiż u b'dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 39.

(2)  ĠU L 305, 23.11.2011, p. 16.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top