Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0070

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 207, 2.8.2012, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/70/oj

2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjaġġi ta’ skart biex jinkludi ċerti taħlitiet ta’ skart fl-Anness IIIA ta’ miegħu (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 32c (ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX li jinsab mal-Ftehim:

“—

32011 R 0664: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2011 tal-11 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 182, 12.7.2011, p. 2).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 664/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 182, 12.7.2011, p. 2.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top