EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0048

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 48/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 207, 2.8.2012, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/48/oj

2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 48/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2012 tat-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/66/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-4,5-Dikloro-2-ottil-2H-isotijażol-3-on bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/67/UE tat-1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex l-abamectin ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/69/UE tat-1 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-imidacloprid bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim:

“—

32011 L 0066: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/66/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 175, 2.7.2011, p. 10),

32011 L 0067: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/67/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 175, 2.7.2011, p. 13),

32011 L 0069: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/69/UE tal-1 ta’ Lulju 2011 (ĠU L 175, 2.7.2011, p. 24).”.

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2011/66/UE, 2011/67/UE u 2011/69/UE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Marzu 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġt ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 20.

(2)  ĠU L 175, 2.7.2011, p. 10.

(3)  ĠU L 175, 2.7.2011, p. 13.

(4)  ĠU L 175, 2.7.2011, p. 24.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top