Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0041

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2012 tat- 30 ta’ Marzu 2012 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 207, 2.8.2012, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/41(2)/oj

2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2012

tat-30 ta’ Marzu 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (2) għandu jkun inkorporat f’dan il-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (3), kif korrett bil-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52, għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2011 tat-22 ta’ Frar 2011 li jemenda l-Annessi IV u VI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Qafas) (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 jirrevoka, b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013, id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE, (5) id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE (7) li huma inkorporati mal-Ftehim u li għalhekk iridu jkunu revokati skont l-istess Ftehim b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punti 43 (Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1269/KEE), 45zl (id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 45zo (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE) għandhom jitħassru b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2013.

2.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 45zt (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0595: Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif rettifikat mill-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52.”;

3.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu fil-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 R 0079: Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-14 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32),

32009 R 0595: Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif rettifikat mill-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52,

32011 R 0183: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 183/2011 tat-22 ta’ Frar 2011 (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 4).”;

4.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 45zzi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011):

“45zzj.

32009 R 0079: Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32).

45zzk.

32009 R 0595: Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jirrevoka d-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1), kif korrett mill-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 79/2009, (KE) Nru 595/2009, kif korretti bil-ĠU L 200, 31.7.2009, p. 52 u r-Regolament (UE) Nru 183/2011 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 161, 21.6.2012, p. 12.

(2)  ĠU L 35, 4.2.2009, p. 32.

(3)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 53, 26.2.2011, p. 4.

(5)  ĠU L 375, 31.12.1980, p. 46.

(6)  ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1.

(7)  ĠU L 313, 29.11.2005, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top